Home Net News L-MDA u l-FKNK isellmu l-memorja ta’ Hugo Chetcuti

L-MDA u l-FKNK isellmu l-memorja ta’ Hugo Chetcuti

71
0
SHARE
Advertisement

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) kienu fost l-għaqdiet li sellmu l-memorja tal-imprenditur Hugo Chetcuti.

L-FKNK qalet li t-tluq ta’ Hugo se tħalli vojt kbir u għall-FKNK, din hija telfa mhux biss ta’ membru iżda ta’ ħabib. Żiedet li l-aħbar tal-mewt prematur ta’ Hugo Chetcuti tfisser niket kbir għall-FKNK u l-membri kaċċaturi u nassaba kollha tagħha.

L-FKNK qalet li qatt ma’ tista’ tinsa l-appoġġ mingħajr riżervi li Hugo kien offra bil-qalb fiż-żmien ir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Minn naħa tagħha, l-MDA iddeskriviet lil Hugo Chetcuti bħala wieħed mill-ikbar imprendituri Maltin fl-oqsma tal-ospitalità u d-divertiment. ‘Permezz tal-istabbilimenti tiegħu, Hugo żviluppa lil Paceville f’ċentru mill-aqwa li attira eluf ta’ persuni,” qalet l-MDA.

Kemm l-MDA kif ukoll l-FKNK sellmu wkoll lill-familja ta’ Hugo Chetcuti waqt li ofrewlhom il-kondoljanzi.

The post L-MDA u l-FKNK isellmu l-memorja ta’ Hugo Chetcuti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here