Home Kullħadd Pazjenta marida bil-kanċer titlob lil Bernard Grech biex ma jinqediex b’nies bħalha

Pazjenta marida bil-kanċer titlob lil Bernard Grech biex ma jinqediex b’nies bħalha

2
0
SHARE
Advertisement

Pazjenti morda bil-kanċer ħassewhom urtati bid-diskors tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li waqt laqgħa bħala parti mill-attivitajiet tal-partit għall-festa tal-Indipendenza, uża lilhom għal skop politiku.

Bernard Grech saħaq li l-kimoterapija tibda tingħata fid-djar iżda pazjenta marida bil-kanċer staqsiet lil Grech jekk jaf x’inhu jgħid.

Sostniet li dan is-servizz ta’ kura huwa kumpless u fissret il-kimoterapija bħala mediċina perikoluża li trid tingħata kif suppost fosthom wara ċertu testijiet tad-demm li jsiru dakinhar stess li pazjent jirċievi l-kimoterapija.

Qalet li l-mediċina tal-kimoterapija tkun f’boroż suwed apposta u jeħtieġ li l-infermiera jkunu b’seba’ għajnejn fuq il-pazjent li jista’ jkollu reazzjoni fuq ġismu kawża tal-kura.

Intant b’rabta mad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne aċċenna li dawk morda ma għandhomx jintużaw bħala ballun politiku.

Il-Ministru Fearne irrimarka, “Li fejn jidħol mard serju bħal ma huwa l-cancer kien hemm dejjem il-qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni, mhux qbil miktub illi ma nużawx il-pazjenti bħala ballun politiku. Tkun ħasra jekk dan il-ftehim illi jeżisti, ftehim ta’ bejn l-irġiel ma jibqax onorat għaliex naħseb min għaddej minn mard, l-aħħar ħaġa li jrid illi jiżżeffen fin-nofs u jintuża bħala ballun politiku.”

Ma’ dan l-istazzjon, id-Deputat Prim Ministru saħaq ukoll li s-servizz tal-kimoterapija offrut f’Malta u anki f’Għawdex huwa ta’ kwalità.

Il-Ministru Fearne stqarr, “Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kellna iktar minn mitejn pazjent li ħa l-kura tal-kimoterapija f’Għawdex. Pero kemm ġewwa Għawdex u f’Malta, is-servizz huwa impekabbli jiġifieri illi wieħed jipprova jxejjen dan huwa ħażin.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here