Home Kullħadd Imħabbra d-dettalji tal-ewwel festival nazzjonali tal-baned

Imħabbra d-dettalji tal-ewwel festival nazzjonali tal-baned

1
0
SHARE
Advertisement

Ħarġu aktar dettalji tal-ewwel Festival Nazzjonali tal-Baned, fejn għaqdiet mużikali se jinġabru fl-ibliet tal-Kottonera u se jkunu qed idoqqu kompożizzjonijet ġodda u oriġinali.

Bejn is-sbatax ta’ Settembru u l-ħamsa u għoxrin ta’ Settembru, il-Banda San Ġużepp tal-Kalkara, il-Banda ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi, il-Banda Sant’ Elena ta’ Birkirkara u l-Banda Re Ġorġ Ħamsa tal-Imqabba se jkunu qed jinġabru ġewa l-Kalkara, l-Isla u l-Birgu fejn se ikunu qed idoqqu erba’ kompożizzjonijiet  ġodda lokali bit-tema tal-Kottonera.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Birgu organizzat mill-fondazzjoni Kottonera u l-Għaqda Każini tal-Banda, il-Ciċi president tal-Għaqda każini tal-Banda Omar Xuereb spjega li dan il-festival huwa importanti għall-baned li se jerġgħu jieħdu l-ħajja waqt pandemija.

Xuereb qal, “Dawn in-nies li jdoqqu, irrid xi ħaġa biex jiżvogaw, irrid xi ħaġa fejn dak l-istudju ta’ sentejn ġewwa qed jistudja, issa jistaż jiżvoga. Allura dawn l-erba’ programmi, li huma eċċezzjonali, għax smajna l-provi, tajjeb ngħidu inkitbu minn surmastrijiet Maltin.”

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield qal li dan il-festival se jesponi dak kollu li jagħmel parti kemm mill-identità tal-Kottonera, kif ukoll l-identità Maltija fejn għandek il-baned li jallegraw lin-nies fl-isfond tal-iswar li ddawru t-tliet ibliet.

Bedingfield stqarr, “Il-festival huwa mifrux fuq erbat ijiem, bejn is-sbatax u l-ħamsa u għoxrin ta’ Settembru. Huwa festival li jesponi dak kollu li hu Malti, il-banda, huwa l-fortizza u dak kollu li għandu identità, li jesponi il-Kottonera sabiħa.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Kultura José Herrera spjega li dan il-festival se ikun qed jimxi mal-linji gwida maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Il-Ministru Herrera rrimarka, “Huwa importanti għaliex ġie f’dan iż-żmien, huwa frustrat li jistgħux jagħmel attivitajiet u għalhekk taw żvog. It-tieni nett, il-baned huma parti integrali mill-ħajja Maltija, aktar minn folklor u allura aħna wkoll bħala politiċi u għaqdiet dejjem nagħtu importanza lill-baned tagħna għax irridu nżidu l-importanza tagħhom għall-futur.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here