Home Kullħadd BIL-FILMAT: Titwaqqaf il-logħba bejn l-Brażil u l-Arġentina wara ksur tar-regolamenti marbuta mal-Covid-19

BIL-FILMAT: Titwaqqaf il-logħba bejn l-Brażil u l-Arġentina wara ksur tar-regolamenti marbuta mal-Covid-19

1
0
SHARE
Advertisement

Kaos sħiħ fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 bejn il-Brażil u l-Arġentina li ntlagħbet il-Ħadd filgħaxija.

Dan hekk kif ftit minuti biss wara li bdiet din il-logħba, uffiċjali tal-Anvisa flimkien ma’ numru ta’ Pulizija Brażiljana daħħlu ġewwa l-grawnd u ordnaw li titwaqqaf il-partita dak il-ħin stess.

Ir-regolatur tas-saħħa qal li erba’ plejers Arġentini, li jilgħabu fil-Premier League fl-Ingiltera kienu qed jiksru r-regolamenti ta’ kwarantina tal-pajjiż. Tlieta minn dawn l-erba’ plejers kienu fil-formazzjoni inizjali tal-kowċ Lionel Scaloni.

Fi stqarrija maħruġa minn Anvisa ftit ħin wara li l-logħba ġiet sospiża, intqal li r-regolatur iħoss li din is-sitwazzjoni hija riskjuża wisq għas-saħħa pubblika, u kien għal din ir-raġuni li l-logħba twaqqfet. L-Anvisa spjegaw li dawn l-erba’ plajers saħansitra lanqas biss kienu permessi li jidħlu l-Brażil.

Ritratt: Getty/Goal

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here