Home Newsbook Mara fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet bil-quadbike

Mara fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet bil-quadbike

3
0
SHARE
Advertisement

Mara Franċiża ta’ 21 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet f’karozza pparkjata. Hija kienet qiegħda ssuq quadbike.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq ir-Rabat, in-Nadur.

Il-pulizija tad-distrett marru fuq il-post u kien imsejjaħ ukoll tim mediku biex tingħata l-assistenza medika. Hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech ħatret inkjesta dwar dan il-każ u l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

The post Mara fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet bil-quadbike appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here