Home Newsbook L-għalqa abbandunata “Ċikku Fenech” se tingħata l-ħajja

L-għalqa abbandunata “Ċikku Fenech” se tingħata l-ħajja

2
0
SHARE
Advertisement

Għalqa abbandunata fil-Mosta se tkun qed tingħata l-ħajja wara li ilha żmien abbandunata. L-għalqa li hija magħrufa bħala ta’ “Ċikku Fenech” tkopri ’l fuq minn 4,000 metru kwardu ekwivalenti għal grawnd tal-futbol u sservi bħala pulmun aħdar fil-komunità Mostija. Fiha hemm diversi speċi ta’ siġar tipiċi Maltin fosthom iż-żebbuġ u ċ-ċipress.

Din il-kamra tal-aħbarijiet bagħtet il-mistoqsijiet tagħha dwar kemm se jkunu qegħdin jitneħħew siġar minn din l-għalqa biex isir il-proġett, madankollu sal-ħin tal-pubblikazzjoni għadhom mhux imwieġba.

Dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta’ proġetti ta’ tħaddir b’investiment ta’ €4.5 miljun.  

Il-proġett ta’ riġenerazzjoni u ta’ konservazzjoni tal-ġnien tħabbar mis-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Malta s-sur Richard Bilocca, b’kollaborazzjoni mal-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia. Il-proġett se jkun iffinanzjat mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali, l-NDSF, u implimentat u amministrat minn GreenServ. 

Il-proġett se jħares l-ekosistemi fraġli li hemm fl-għalqa abbandunata, filwaqt li jagħmilha aċċessibbli b’mod li tista’ titgawda mill-komunità. Id-disinn huwa diskret u mmirat biex jikkumplimenta dak li diġà huwa preżenti, fosthom is-siġar, l-ekosistemi, il-pajsaġġ  naturali u l-ġebla tipika Maltija. L-ispazju se jkun aċċessibbli u komdu biex jitgawda minn nies ta’ kull età u ta’ kull ħtieġa.

The post L-għalqa abbandunata “Ċikku Fenech” se tingħata l-ħajja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here