Home Newsbook L-Animal Welfare jkollha traqqad 3 iklieb aggressivi

L-Animal Welfare jkollha traqqad 3 iklieb aggressivi

5
0
SHARE
Advertisement

Tlitt iklieb traqqdu mill-Animal Welfare minħabba li kienu aggressivi ħafna ma’ annimali oħra u kien hemm diversi attentati biex joqtluhom.

Fuq il-paġna ta’ Facebook – Rescued is my Favourite Breed- li hija mmexxija minn Lulu Arpa kitbet li kien hemm xi qlajjiet li dawn il-klieb traqqdu għalxejn u li ma kinux tajbin għal ma’ klieb oħra.

Din il-paġna li permezz tagħha jinsabu familji biex jieħdu ħsieb klieb li jkunu ġew salvati tippromwovi li l-klieb jiġu adottati jew fostered, kif ukoll tippromwovi l-volontarjat mal-annimali qalet li ħafna nies li jħobbu l-annimali emmnu dawn il-qlajjiet u akkużaw lill-Animal Welfare li qiegħda traqqad klieb li huma b’saħħithom.

Il-paġna Rescued is my Favourite Breed kompliet li meta n-nies ixerrdu qlajjiet foloz ikunu qegħdin jagħmlu ħafna ħsara lill-annimali minflok qed jgħinuhom.

Arpa żiedet li t-tlitt iklieb ġew imraqqda minħbba li kienu aggressivi ħafna u għamlu diversi attentati biex joqtlu klieb oħra. Dawn l-inċidenti jinkludu klieb li spiċċaw feruti. Spjegat li dawn il-klieb kellhom livell ta’ agressjoni mhux kontrollabli u n-nies speċjalment it-tfal qatt ma setgħu jkunu siguri fil-preżenza tagħhom.

Hija spjegat li dawn il-klieb kienu kontinwament lesti biex jattakkaw u qabblithom ma’ dawk li jintwerew fuq n-National Geographic.

Temmet li hemm ċertu klieb li juru livell ta’ aggressività li jmorru fi djar fejn ma jkunx hemm aktar annimali madankollu spjegat li f’dan il-każ dawn il-klieb kienu ħafna iktar aggressivi u setgħu jwasslu biex ikun hemm traġedja.

L-SPCA t’Għawdex tħeġġeġ biex tingħata kull informazzjoni

F’inċident separat, l-SPCA t’Għawdex ħeġġet lill-pubbliku biex jikkuntattja lilhom jew lill-Animal Welfare b’kull informazzjoni dwar tlitt iġriewi li ġew abbandunati f’kaxxa mingħajr ikel u xorb.

L-assoċċjazzjoni talbet lill-pubbliku biex kull min għandu informazzjoni dwar min abbanduna lil dawn it-tlitt iġriewi fis-sħana jkellimhom.

The post L-Animal Welfare jkollha traqqad 3 iklieb aggressivi appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here