Home Newsbook Jinfetaħ ċentru għall-ħarsien tat-tfal fil-Qawra

Jinfetaħ ċentru għall-ħarsien tat-tfal fil-Qawra

6
0
SHARE
Advertisement

Fil-Qawra nfetaħ it-13 il-ċentru għall-ħarsien tat-tfal ġdid li jagħmel parti mill-Iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra. Iċ-ċentru huwa wieħed modern u attrezzat biex jilqa’ fih tfal minn din il-lokalità.

Preżenti għall-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana. Iċ-ċentru bl-isem ta’ Xemx se huwa t-13-il ċentru tal-Fondaqzzjoni għas-Servizzi Edukattivi li bħalissa kollha flimkien jospitaw madwar 400 tifel u tifla.

Il-Ministru Caruana qalet li l-gvern irid ikompli jsaħħaħ s-servizzi ta’ childcare kif ukoll SkolaSajf u l-Klabb 3-16.

Minn Ottubru kif tħabbar xi ġranet ilu, se jinfetħu sitt ċentri mxerrdin madwar Malta li fihom se jkunu estiżi l-ħinijiet tal-ftuħ bħala prova, u se jingħata wkoll servizz nhar ta’ Sibt.

Iċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal li huma mmexxija mill-FES, jipprovdu kura u ħarsien matul il-jum li jippermetti li l-ġenituri jsibu bilanċ bejn il-karriera, x-xogħol u l-familja.

Il-Ministru Caruana semmiet ukoll il-kontribut tal-FES li ma kinitx biss pedina li toffri servizz, imma wkoll imsieħba ċentrali fit-tfassil tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għas-Snin Bikrin, u wkoll fl-iżvilupp tal-Programm ta’ Tagħlim u Assessjar fl-Edukazzjoni tat-Tfal fis-Snin Bikrin. 

Il-ftuħ uffiċjali sar fil-preżenza ta’ Pamela Seychell, Chairperson tal-FES, u Dermot Galea, Kap Eżekuttiv tal-FES.

The post Jinfetaħ ċentru għall-ħarsien tat-tfal fil-Qawra appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here