Home Newsbook Jinbiddlu l-ispralli fejn seħħ l-inċident bil-mutur fl-Iklin

Jinbiddlu l-ispralli fejn seħħ l-inċident bil-mutur fl-Iklin

7
0
SHARE
Advertisement

L-ispralli fi Triq il-Wied l-Iklin, li tlestiet ftit tal-jiem ilu, se jerġgħu jitpoġġew u dan wara l-inċident li fih weġġa sewwieq ta’ mutur.

Is-sewwieq tal-mutur, Andrea Camilleri, ta’ 25 sena spiċċa biex weġġa’ gravi wara li l-karozza li kienet qed tinstaq qablu għaddiet minn fuq il-kanal li hemm fit-triq u qalgħet gradilja. Għal din ir-raġuni hu ma kellux iċ-ċans jirreaġixxi waqt li kien qed isuq bil-konsegwenza li weġġa’ gravi.

Wara l-inċident Camilleri ikkritika, permezz ta’ post fuq Facebook, lill-Ministru għat-Trasport Ian Borg u lill-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu.

“Għad toqtlu lil xi ħadd bl-inkompetenza tagħkom,” kien kiteb Camilleri.

Il-gazzetta Times of Malta ikkwotat dak li qalet Infrastructure Malta u qalet li l-ispralli se jerġgħu jitpoġġew mill-kuntrattur responsabbli mix-xogħol fit-triq u tpoġġew b’tali mod li jelimna r-riskju li jiċċaqilqu.

Ix-xogħol fit-triq bejn in-Naxxar u l-Iklin sippost kienet ilha li tlestiet tant li t-tender kien ingħadda għand kumpanija oħra. Ir-raġuni li ngħatat għad-dewmien fix-xogħolijiet kienet in-nuqqas ta’ ħaddiema kawża tal-pandemija tal-COVID-19.

The post Jinbiddlu l-ispralli fejn seħħ l-inċident bil-mutur fl-Iklin appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here