Home Newsbook Il-Gvern se jiffinanzja l-ewwel ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-adolexxenti

Il-Gvern se jiffinanzja l-ewwel ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-adolexxenti

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern se jiffinanzja ċ-ċentru tal-adolexxenti bi problema tad-droga li se jkun immexxi mill-Caritas. Iċ-Ċentru tal-Ibwar huwa l-ewwel wieħed f’Malta u se jkun qiegħed joffri standards għoljin ħafna.

Dan tħabbar mill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet f’tal-Ibwar, fil-preżenza tat-tmexxija tal-Caritas. 

Il-gvern iffirma ftehim soċjali għat-tliet snin li ġejjin, b’investiment t’aktar minn €3 miljuni, filwaqt li ntefqu mal-€4 miljuni oħra sabiex ittella’ l-bini u jkun attrezzat bl-aħjar riżorsi possibbli.

Il-Caritas flimkien mal-gvern se jkunu qegħdin jassistu liż-żgħażagħ biex jindirizzaw dawn it-tip ta’ sfidi u jingħataw assistenza u għodod biżżejjed sabiex jibdlu d-direzzjoni ta’ ħajjithom.

Dan iċ-ċentru terapewtiku mhux biss se jkun qed jgħin b’mod psikoloġiku, psikosoċjali u edukattiv, iżda huwa mmirat li jipprovdi ħajja indipendenti mid-droga.

B’kollox hemm 14-il sodda, kif ukoll day programmes, għal massimu t’10 adoloxxenti li mhux neċessarjament jorqdu fir-residenza. 

Min-naħa tiegħu d-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt qal li matul l-aħħar ħames snin saru x-xogħlijiet meħtieġa, kemm fejn tidħol infrastruttura kif ukoll preparamenti biex jingħataw l-aqwa programmi skond il-ħtiġijiet tal-adoloxxenti.

The post Il-Gvern se jiffinanzja l-ewwel ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-adolexxenti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here