Home Newsbook Eriksen b’messaġġ ta’ kuraġġ lil tifla li se tagħmel operazzjoni f’qalbha

Eriksen b’messaġġ ta’ kuraġġ lil tifla li se tagħmel operazzjoni f’qalbha

2
0
SHARE
Advertisement

Il-plejer tal-football Daniż Christian Eriksen irrekordja messaġġ ta’ kuraġġ lil tifla ta’ disa’ snin li se tagħmel operazzjoni simili għal dik li kienet saret lilu wara li kien ikkrolla fil-grawnd waqt il-kompetizzjoni tal-Euro 2020 waqt il-logħba kontra l-Fillandja.

Wara dak l-inċident Eriksen tpoġġielu forma ta’ pacemaker biex ma jerġax jesperjenza attakki tal-qalb li jistgħu ikunu fatali.

Il-plejer li għandu 29 sena kien irċieva ittra mingħand Evie qabel ma kellha ssirilha l-operazzjoni fi sptar f’Londra. Omm it-tifla qasmet ir-risposta ta’ Eriksen fuq Facebook wara li kienet saret kampanja fuq Facebook biex min ikun għaddej minn esperjenza simili jikkuntattja lill-plejer għas-sapport morali.

Fil-messaġġ lura lit-tifla Eriksen qal li jinsab ċert li wara l-operazzjoni se jirnexxielha tkompli bil-ħajja tagħha b’mod normali u la rnexxielu hu se jirnexxielha hi wkoll. Hu kompla jgħid li żgur li mhux perjodu sabiħ li tkun l-isptar imma jinsab ċert li t-tobba se jagħmlu xogħolhom sew u se jgħinuha anke wara l-operazzjoni.

Omm it-tifla qalet li l-operazzjoni ta’ bintha kellha tiġi posposta u s’issa għad  m’għandhomx data ta’ meta se ssir.

The post Eriksen b’messaġġ ta’ kuraġġ lil tifla li se tagħmel operazzjoni f’qalbha appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here