Advertisement
Riċetta ta’ Wayne Cutajar / Crafted Foods
Ingredjenti
910g żebbuġ aħdar mingħajr għadma
1 landa tonn taż-żejt
2 inċoviet
1 mgħarfa kappar
1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
1 slajs tal-ħobż tal-Malti
1 ras ta’ tewma
3 weraq tan-nagħniegħ
bżar
melħ (jekk ikun hemm bżonn)
Taħwir
chili flakes
tewm
tursin
żejt taż-żebbuġa
Metodu
Poġġi l-ingredjenti kollha f’food processor u ħawwad sakemm isiru paste.
Itfa’ t-taħlita f’piping b’ponta ta’ 6mm u imla ż-żebbuġ.
Roxx it-taħwir fuq il-żebbuġ biex isservi.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.
The post Żebbuġ aħdar mimli appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook