Home Newsbook Ritratti: It-toroq battala sena wara l-wasla tal-pandemija f’Malta

Ritratti: It-toroq battala sena wara l-wasla tal-pandemija f’Malta

24
0
SHARE
Advertisement

Sena wara li l-pandemija tal-Covid-19 xirfet f’Malta, il-Gvern kellu jieħu miżuri restrittivi ġodda li ħafna qed iqisu bħala kważi lockdown.

Dan peress li mill-bieraħ, kellhom jingħalqu l-ħwienet mhux essenzjali bħal dawk tal-ħwejjeġ, kellhom jieqfu jiġu offruti servizzi mhux essenzjali bħal tas-sbuħija u tax-xagħar, u barra jista’ jkun hemm biss gruppi ta’ erba’ persuni, u mhux aktar. Dawn il-miżuri jibqgħu validi sal-11 t’April.

Minħabba f’hekk, it-toroq xi ftit jew wisq tbattlu, anke peress li n-nies huma mħassbin fuq iż-żieda allarmanti ta’ każijiet f’Malta, billi din il-ġimgħa Malta kellha rekord ta’ 510 każijiet ġodda f’ġurnata.

Il-Belt Valletta lbieraħ kienet imneżżgħa mill-ġenn tas-soltu, ta’ nies ġejjin u sejrin, jgħaġġlu ‘l hawn u ‘l hinn, kulħadd għal riħu.

Minkejja dan, servizzi essenzjali bħal dak tal-banek ma waqfux, allura xorta waħda kien hemm in-nies miġburin barra l-banek jistennew li jinqdew. Apparti hekk, l-ajruport u l-portijiet ma ngħalqux, u t-turisti lbieraħ xorta kienu fit-toroq tal-Belt Valletta, jesperjenzaw vaganza waqt pandemija.

Il-pulizija u l-uffiċjali tal-LESA baqgħu jduru t-toroq biex jaraw li kulħadd jimxi mar-restrizzjonijiet.

The post Ritratti: It-toroq battala sena wara l-wasla tal-pandemija f’Malta appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here