Il-gvern tal-Portugall ħabbar li mill-ġimgħa d-dieħla se jibda’ gradwalment itaffi r-regoli stretti tal-Covid-19.
Fl-indirizz televiżiv tiegħu, António Costa stabbilixxa l-pjanijiet tal-gvern biex jibda’ jitneħħa l-lockdown gradwalment fil-Portugall, waqt li saħaq li l-lockdown ġenerali se jkompli sal-Għid.
Huwa ħabbar li filwaqt li l-iskejjel tan-nursery u tal-primarja se jaraw l-istudenti jirritornaw għall-klassijiet b’mod fiżiku fil-15 ta’ Marzu, għalkemm fl-iskola sekondarja l-istudenti se jkunu jistgħu jmorru fil-klassi fid-19 ta’ April.
Il-Prim Ministru Portugiż ddikjara li l-ivvjaġġar bejn il-muniċipalitajiet se jkompli jkun ipprojbit matul tmiem il-ġimgħa sal-Għid iżda li l-ħwienet, iċ-ċentri tax-xiri u r-ristoranti se jkunu jistgħu jerġgħu jiftħu fid-19 ta’ April.
The post Jibdew jittaffu l-miżuri fil-Portugall appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook