Home Newsbook Il-PN bi 8 proposti dwar il-Covid u t-trasport pubbliku

Il-PN bi 8 proposti dwar il-Covid u t-trasport pubbliku

1
0
SHARE
Advertisement

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura, Toni Bezzina ippropona fi stqarrija 8 proposti kontra t-tixrid tal-Covid-19 fuq it-trasport pubbliku.

Bezzina qal kif hemm bżonn li jiddaħlu u jiġu nfurzati diversi miżuri li jnaqqsu t-tixrid tal-coronavirus.

Fost il-miżuri li jridu jittieħdu b’mod immedjat, Toni Bezzina semma dawn it-tmien punti:

  • Jitpoġġew is-sanitisers f’kull karozza tal-linja għall-użu ta’ kull passiġġier fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull vjaġġ.
  • Li l-kabina tax-xufier tkun diżinfettata b’mod professjonali kull darba li jinbidel x-xufier.
  • Il-karozza tal-linja tkun mnaddfa b’mod regolari matul il-ġurnata kollha.
  • Li ma jittellgħux passiġġieri bilwieqfa.
  • Li jkun hemm aktar infurzar biex tassew ħadd ma jittella’ bilwieqfa.
  • Li tiżdied il-frekwenza tar-rotot l-aktar użati sabiex il-passigieri ma jitħallewx jistennew.
  • Li jsir aktar infurzar biex ma’ jkunx hemm iffullar fil-vened.
  • Li l-ħlas bi flus kontanti jkun projbit u jsir biss b’Tallinja Card.

Ikkonkluda jgħid kif bl-introduzzjoni ta’ miżuri bħal dawn u b’infurzar effettiv u bil-kollaborazzjoni ta’ kullħadd, it-trasport pubbliku jista’ jkun aktar sigur u effettiv.

The post Il-PN bi 8 proposti dwar il-Covid u t-trasport pubbliku appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here