Home Newsbook Il-Kummissarju tat-Taxxa jixhed fl-inkjesta wara bibien magħluqa

Il-Kummissarju tat-Taxxa jixhed fl-inkjesta wara bibien magħluqa

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Kummissarju tat-Taxxa Marvin Gaerty xehed fl-inkjesta pubblika l-Ġimgħa filgħodu.

Qabel ma xehed, l-avukat f’isem il-Kummissarju għat-Taxxi Interni talab lill-bord tal-inkjesta biex iżomm is-seduta wara bibien magħluqa.

L-avukat sostna li Gaerty se jixhed dwar kumpaniji u individwi partikolari li dwarhom għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet.

Gaerty li diġà deher quddiem il-bord aktar kmieni dan ix-xahar, xehed li qatt ma aċċetta rigali jew stediniet biex jiekol ma’ Yorgen Fenech.

09:47

L-għodwa t-tajba u merħba fil-blog live ta’ Newsbook.com.mt.

Josita Dalli
09:48

Ninsabu live minn Awla 20.

Josita Dalli
09:48

L-avukati Jason Azzopardi u Therese Commodini Cachia jinsabu fl-awla, kif ukoll l-Avukat Chris Soler.

Josita Dalli
09:49

Is-seduta tal-lum se tkun preseduta mill-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino u l-Imħallef Mallia.

Josita Dalli
09:49

L-Imħallef Mallia jiddetta nota u jistieden lil dawk li jixtiequ jagħmlu sottomissjonijiet quddiem il-bord, biex jagħmlu dan sal-aħħar ta’ Marzu 2021.

Josita Dalli
09:50

Avukat li jidher għall-kummissarju tat-taxxa jitlob lill-bord biex is-smigħ jinstema’ wara bibien magħluqa.

Josita Dalli
09:51

“Peress li x-xhud se jixhed fuq ċerti kumpaniji u individwi partikolari, nemmen li għandu jinstema’ wara bibien magħluqa. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin,” tgħid.

Josita Dalli
09:51

Dr Comodini Cachia tgħid li wħud minn dawn l-individwi ġew imsemmija.

Josita Dalli
09:52

Il-Prim Imħallef Said Pullicino jinnota li hemm element ta’ interess pubbliku.

Josita Dalli
09:52

L-avukat isostni li jista’ jkun hemm verifiki għaddejjin li għad iridu jiġu konklużi.

Josita Dalli
09:54

Hi żżid li xi investigazzjonijiet jistgħu jkollhom x’jaqsmu ma’ investigazzjonijiet oħra.

Josita Dalli
09:54

Dr Comodini Cachia ssostni li ħafna min-nies u l-informazzjoni li se jixhed dwarha diġà jinsabu fid-dominju pubbliku, u tirreferi għal Konrad Mizzi u Keith Schembri li ddikjaraw li m’hemmx investigazzjonijiet dwarhom.

Josita Dalli
09:55

L-avukat li jidher għall-Kummissarju tat-taxxa jargumenta li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Josita Dalli
09:56

Il-midja tiġi ordnata barra mill-awla.

Josita Dalli
09:56

Uffiċjal tal-qorti jinforma lill-midja li kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa m’hemmx seduti li se jsiru fil-futur qarib.

Josita Dalli
09:57

Grazzi talli segwejtuna.

Josita Dalli

Matul is-seduta, l-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil Gaerty dwar il-familjarità murija dwar skambji bejn ix-xhud u s-suspettat tal-qtil Yorgen Fenech.

It-tim tad-difiża ta’ Fenech aktar tard ippreżenta nota fejn argumenta li l-użu ta’ kwotazzjonijiet diretti miċ-chats tal-WhatsApp tas-suspettat tal-qtil huwa pprojbit bil-liġi.

L-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia hi missjoni li tfittex il-fatti, fost affarijiet oħra, u se tiddetermina jekk l-Istat għamilx dak kollu li seta’ biex jipprevjeni li l-qtil iseħħ.

Il-bord ta’ inkjesta pubblika huwa ppresedut mill-Imħallef Michael Mallia u magħmul mill-Madam Imħallef Abigail Lofaro u l-Prim Imħallef Emeritu Joe Said Pullicino.

The post Il-Kummissarju tat-Taxxa jixhed fl-inkjesta wara bibien magħluqa appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here