Home Newsbook Filmat: “B’€100 tista’ tixtri l-mediċina u tgħin 10 familji” – Robert Farrugia

Filmat: “B’€100 tista’ tixtri l-mediċina u tgħin 10 familji” – Robert Farrugia

8
0
SHARE
Advertisement

Għada s-Sibt 13 ta’ Marzu Missio Malta se tkun qed ittella’ l-maratona ta’ gbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jitkomplew aktar proġetti f’artijiet missjunarji.

Għal Missio Malta dawn il-proġetti huma sfida iktar mis-soltu minħabba fil-pandemija li laqtet id-dinja kollha. Madanakollu il-ħidma ta’ Missio Malta tkompli, speċjalment f’din is-sena li timmarka d-90 sena mindu twaqqaf l-ewwel uffiċju tal-Missio f’Malta.

Tul din is-sena d-dħul naqas iżda d-domanda għall-għajnuna żdiedet u għal dan il-għan il-Missio Malta qed torganizza din l-attività li bdiet sitt snin ilu bl-isem ta “Hope” (tama). Din is-sena it-tema hija “Il-Missio Int”.

Fil-ħidma tagħha Missio Malta taħdem biex tibni orfanatrofji, clinics, farms, greenhouses u anke tieħu ħsieb l-edukazzjoni ta’ bosta tfal.

“Il-maratona ma nagħmluhiex biss biex niġbru l-flus iżda hija okkażjoni biex nuru lill-poplu Malti f’hiex qed jintefqu l-flus permezz ta’ diversi proġetti,” jgħidilna Robert Farrugia minn Missio Malta.

“Meta mort l-Etjopja skoprejt li kelli ngħaddi bi flixkun ilma ta’ litru u nofs. U dan biex ninħasel u nixrob,” spjega Robert li enfasizza wkoll li l-Missio qed taħdem fuq proġetti biex jinbnew boreholes sabiex ikun hemm iktar aċċess għall-ilma.

Il-prijorità tal-Missio din is-sena hija l-mediċina.

“B’ €100 tista’ tixtri l-mediċina u tgħin 10 familji” jispjega Robert.

Robert Farrugia jgħidilna wkoll li din is-sena Missio Malta se taħdem fuq proġett biex tibni villaġġ bl-isem ta’ MissioMalta fejn ikunu qed jgħixu 20 familja. Jekk dan il-proġett jirnexxi Missio Malta tibda taħseb beix testendi dan il-proġett mhux biss fl-Afrika iżda fl-artijiet tal-Missjoni.

Segwi l-intervista sħiħa hawn taħt:

Għalkemm il-maratona tal-Missio Malta se tittella’ għada s-Sibt 13 ta’ Marzu, il-linji tad-donazzjonijiet huma diġà miftuħa:

Ritratt: Facebook – Missio Malta

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn

The post Filmat: “B’€100 tista’ tixtri l-mediċina u tgħin 10 familji” – Robert Farrugia appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here