Home Newsbook Stuffat tal-fenek u l-majjal

Stuffat tal-fenek u l-majjal

6
0
SHARE
Advertisement

Ingredjenti

fenek imdaqqas ta’ 1.5kg

400g majjal taż-żaqq

500g basal

1 sinna tewm

4 weraq rand

1 zunnarija mqattgħa biċċiet

ħwawar

ftit żejt

250ml nbid aħmar

2 bottijiet tadam polpa

100g piżelli tal-friża

800g patata

bżar u melħ

Metodu

Qatta’ l-fenek u l-majjal f’biċċiet żgħar.

Qatta’ l-basal, iz-zunnarija u t-tewm u aqli fiż-żejt.

Żid il-biċċiet tal-fenek u l-majjal u sajjar sakemm jieħdu l-kulur.

Żid il-ħwawar, rand, bżar u ftit melħ u bil-mod żid l-inbid u t-tadam. Kompli sajjar għal madwar 30 minuta.

Qaxxar il-patata u qatta’ fi cubes żgħar u Żid fil-borma. Tektek fuq nar baxx għal nofs siegħa oħra. Fl-aħħar ħames minuti żid il-piżelli.

The post Stuffat tal-fenek u l-majjal appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here