Home Newsbook L-MUMN ma taqbilx mal-bdil fid-deskrizzjoni tax-xogħol tal-carers

L-MUMN ma taqbilx mal-bdil fid-deskrizzjoni tax-xogħol tal-carers

2
0
SHARE
Advertisement

L-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) tinsab ixxukkjata kif qabdu u nbidlu id-deskrizzjoni tax-xogħol ta’ carers li jinkludu numru ta’ xogħlijiet li legalment għandhom isiru biss mill-infermiera u l-qwiebel. 

Fi stqarrija l-MUMN qalet li skont it-tibdil li sar, il-carer jista’ jiġi assenjat xogħol mill-infermiera tas-sala skont il-livell ta’ kompetenza. Fost dawn ix-xogħlijiet hemm:

  • L-amministrazzjoni ta’ kull tip ta’ mediċina kemm dik orali, permezz ta’ injezzjoni jew suppożitorji jew taqtir fil-widnejn jew fl-għajnejn
  • Jingħata l-ikel permezz ta’ pajp
  • Jiġu skortati l-pażjenti wara loppju ġenerali jew sedazzjoni
  • DDA

Dawn ix-xogħlijiet ġew inklużi wkoll fid-deskrizzjoni tax-xogħol ta’ senior care worker, qalet il-unjin.

L-MUMN qalet li hu tal-mistħija kif dawn id-deskrizzjonijiet tax-xogħol ħarġu mill-Uffiċju tad-Direttur tal-Infermieri u ma saret l-ebda oġġezzjoni rigward dawn ix-xogħlijiet li huma relatati mal-infermieriu li spiċċaw parti mid-deskrizzjoni tax-xogħol tas-Senior Health Carers.

Mill-perspettiva medika-legali, Senior Health Carers mhumiex liċenzjati sabiex jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol u għaldaqstant id-Direttur kellu joġġezzjona għal dan, qalet l-MUMN li sostniet kif l-uffiċju tad-Direttur tal-Infermieri kellu javża lid-Diviżjoni tas-Saħħa li legalment hemm bżonn ta’ infermiera jew qabla sabiex isir dak it-tip ta’ xogħol.

The post L-MUMN ma taqbilx mal-bdil fid-deskrizzjoni tax-xogħol tal-carers appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here