Home Newsbook Josephine Mahoney lura fuq it-TV

Josephine Mahoney lura fuq it-TV

5
0
SHARE
Advertisement

L-attriċi Josephine Mahoney se tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha fuq it-televiżjoni fi ftit taż-żmien ieħor meta fuq TVM tibda tixxandar is-sensiela Nostalġija ta’ Ronald Saliba b’direzzjoni ta’ Charles Stroud. Is-sensiela hi skedata li tibda tixxandar mit-Tnejn 29 ta’ Marzu fid-8.50pm.

Josephine Mahoney se tkun qed tinterpreta lin-nanna Jo. Hija n-nanna li bħan-nanniet kollha jagħmlu man-neputijiet aktar milli jkunu għamlu ma’ wliedhom stess.

“Il-preżenza tagħha ukoll tgħin lil atturi ta’ madwara,” ikkummenta t-tim ta’ din is-sensiela li se tkun qed tilqa’ fiha numru kbir ta’ atturi veterani u oħrajn ġodda.

Josephine Mahoney twieldet l-Isla, it-tieni mis-sitt ulied ta’ Patrick (tenur) u Mary.

L-ewwel parti li kellha kienet bħala l-Madonna fi dramm tal-Passjoni fuq ir-Redifussion. Fis-Snin 60 iddebbuttat fuq it-televiżjoni. Ħadmet f’numru kbir ta’ produzzjonijiet fosthom Id-Dar tas-Soru li hija ħadmet proprju fi żmien iebes f’ħajjitha meta waqt il-perjodu li kienet qed tinħadem is-sensiela, żewġha Gejtu kien miet f’inċident bil-mutur waqt li kien sejjer għax-xogħol.

Josephine Mahoney ħadmet ukoll f’sensiliet bħal F’Baħar Wieħed, Triq Waħda, Fredu l-Fra u Ipokriti.

Dehret ukoll f’produzzjonijiet barrannin li nħadmu f’Malta bħal A Little Beggar u Christopher Colombus: The Discovery.

Merħba lura Josephine!

Frida Cauchi
Frida Cauchi f’xena minn Nostalġija. Ritratt: Facebook – Nostalġija

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn

The post Josephine Mahoney lura fuq it-TV appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here