Home Newsbook Il-prostituzzjoni hija għażla libera jew sfruttament?

Il-prostituzzjoni hija għażla libera jew sfruttament?

12
0
SHARE
Advertisement

Għadd ta’ NGOs li jiġġieldu għad-drittijiet tan-nisa aktar kmieni din il-ġimgħa qalu li l-prostizzjoni ma’ tistax titqies bħala xogħol normali għax il-prostituti ma’ jagħżlux din l-imġieba b’mod liberu. Hemm min jaħsibha mod ieħor u jaqbel mal-pjan tal-Gvern biex jillegalizza l-prostitutuzzjoni.

Is-Sibt fl-10.00a.m. Andrew Azzopardi se jiddiskuti dan is-suġġett waqt il-programm tiegħu fuq 103 Malta’s Heart.

Fost il-mistednin hemm: Dr Anna Borg, lettur u attiva ħafna fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa; Dr Lynn Faure, Matthew Charles Zammit, President, tal-GHSL, Maria Borg Pellicano u Wayne Hewett.

Fit-tieni parti tal-programm issir diskussjoni dwar il-legalizzazjoni tal-marijuana. Jkun hemm kollegamenti bit-telefon ma’ Andrew Bonello, President tal-grupp Releaf li huma favur il-legalizzajoni, ma’ Marica Mizzi, minn Caritas Malta u mal-psikjatra Dr Anthony Zahra. Is-Sibt fl-10.00a.m. fuq 103 Malta’s Heart.

The post Il-prostituzzjoni hija għażla libera jew sfruttament? appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here