Home Newsbook Il-maġġoranza ta’ dawk li jaħdmu fil-prostituzzjoni jkunu sfurzati – emPOWer

Il-maġġoranza ta’ dawk li jaħdmu fil-prostituzzjoni jkunu sfurzati – emPOWer

7
0
SHARE
Advertisement

Il-federazzjoni ta’ iżjed minn 46 għaqda non-governattiva tan-nisa emPOWer tenniet it-tħassib tagħha dwar ir-riforma tal-prostituzzjoni filwaqt li sostniet li l-maġġoranza ta’ dawk li jaħdmu fil-prostituzzjoni huma sfurzati.

Din il-federazzjoni sostniet li filwaqt li hemm nisa li minn jeddhom jaħdmu fil-prostituzzjoni, dawn huma minoranza. Għaldaqstant, emPOWer tinsab diżilluża li s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi Rosianne Cutajar trid li jibqgħu għaddejjin il-proċessi fuq ir-riforma li se tagħmel ħsara lil nisa li diġà huma vulnerabbli.

L-għaqdiet tan-nisa ġew injorati

Il-federazzjoni emPOWer qalet li mhuwiex veru li l-għaqdiet tan-nisa kienu fiċ-ċentru ta’ din ir-riforma tant li l-pariri ta’ esperti li taw ġew kompletament injorati. Żiedet tgħid li il-proposta tal-għaqdiet non-governattivi flimkien mal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca huwa li f’Malta jiġi segwit il-mudell Nordiku fejn jiġi dikriminalizzat min jipprovdi s-servizz u kriminalizzat min iħallas għas-servizz.

The post Il-maġġoranza ta’ dawk li jaħdmu fil-prostituzzjoni jkunu sfurzati – emPOWer appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here