L-edizzjoni tal-lum mis-sensiela Umani se tlaqqagħna ma’ Valerie Brincat, omm ta’ tlett itfal bl-awtiżmu. Għal Valerie ma kinitx faċli li trabbi dawn it-tlett it-tfal, b’wieħed minnhom dam ħafna biex jitkellem, u llum jitkellem ftit ħafna.
L-isfidi kienu kbar speċjalment fl-ewwel snin ta’ dawn it-tfal.
Waqt Umani Valerie titkellem dwar l-appoġġ ta’ żewġha Kevin u tal-familja tagħha biex hi setgħet tkompli taħdem, u saħansitra ggradwat bħala ‘occupational therapist’ mill-Università ta’ Malta. Għal diversi snin għenet u għadha tgħin ġenituri li għandhom it-tfal bl-awtiżmu.
Valerie titkellem ukoll dwar kif it-trobbija tat-tliet ulied bl-awtiżmu saħħet iż-żwieġ tagħha.
Umani bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat, u direzzoni ta’ Godfrey Smith. Jixxandar illum fuq TVM fl-4.30pm.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.
The post “Iddeċidejna li bħala familja naħdmu bħala tim” – omm 3 ulied bl-awtiżmu appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook