Home Kullħadd Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tilqa’ b’sodisfazzjon li l-Gvern irid ekonomija nadifa f’Għawdex qabel...

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tilqa’ b’sodisfazzjon li l-Gvern irid ekonomija nadifa f’Għawdex qabel l-2050

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija laqgħet b’sodisfazzjon li l-Gvern irid li l-gżira Għawdxija jkollha ekonomija mingħajr karbonju qabel l-2050. Dan intqal fi stqarrija mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, li qalet kif din hija waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern għall-ġejjieni.

Fl-istqarrija ġie nnutat kif il-pandemija tal-Covid-19 uriet l-importanza tad-diversifikazzjoni tal-ekonomija Għawdxija.

Semmiet ukoll li l-prinċipju tas-sostennibiltà għandu jmexxi ‘l quddiem din il-viżjoni għal Għawdex.

Spjegat li Għawdex hija eżempju tajjeb biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet sostenibbli u l-ekonomija l-ħadra tista’ tkun niċċa ġdida f’Għawdex.

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qalet li qed tħares ‘il quddiem lejn dawn il-miżuri konkreti biex Għawdex ikun ħieles mill-karbonju qabel l-2050.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here