Home Kullħadd L-Enemalta ssewwi ħsarat kkawżati min-nirien f’substation ilbieraħ

L-Enemalta ssewwi ħsarat kkawżati min-nirien f’substation ilbieraħ

4
0
SHARE
Advertisement

Inġiniera u ħaddiema tal-Enemalta ħadmu matul il-lejl u matul il-ġurnata tal-lum sabiex sewwew ħsarat li żviluppaw l-Erbgħa filgħaxija f’The Avenue Solana Hotel substation fil-Mellieħa kawża ta’ nirien.

Fi stqarrija l-Enemalta spjegat li matul il-jum ġiet żarmata l-low voltage panel li ġarrab xi ħsarat biex saru t-tiswijiet u tibdiliet meħtieġa. L-Enemalta spjegat li n-nar li beda ftit wara t-tmienja ta’ filgħaxija u kkawza ħsarat fil-low voltage panel tas-substation. F’dan l-inċident ma saritx ħsara fit-transformer, fis-switchgear u apparat iehor importanti għal provvista tal-elettriku.

Il-kawża tan-nar għadha qed tiġi investigata iżda jidher li dan kien incident. L-Enemalta spjegat li n-nar beda meta ma kien hemm ħadd fiha.

It-tiswijiet bdew matul il-lejl bl-ewwel ħidma kienet dik li permezz tal-control room fil-Marsa ġiet sospiża l-provvista tal-elettriku lejn din is-substation u kif ukoll lejn substation oħra bħala prekawzjoni. Dan sar anki minħabba s-sigurtà tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li riedu jitfu n-nirien.

Konsegwenza t’hekk, numru ta’ konsumaturi fil-Mellieha kellhom il-provvista tal-elettriku sospiża għal xi ħin. Sussegwentament il-konsumaturi li kienu imqabbda mat-tieni substation fl-istess network, li ma ġarrbet l-ebda ħsara, kellhom il-provvista li ġiet lura għan-normal fi zmien siegħa.

Fl-istess waqt il-kumpanija Enemalta ħadet passi immedjati biex permezz ta’ generator reġgħet tat lura l-provvista tal-elettriku fl-iqsar ħin possibbli lil konsumaturi li kienu affetwati mill-qtugħ fil-provvista inkluz il-konsumaturi li huma imqabda mas-substation li ġarbet il-ħsara.

L-Enemalta spjegat ukoll li aktar tard illum, dawn il-konsumaturi ser ikollhom interruzzjoni qasira fil-provvista sakemm il-provvista tingħata lura direttament mis-substation flok mill-generator.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here