Home Kullħadd Kumpanija tinvesti €1.2m f’espansjoni u makkinarju għal xogħol fil-manifattura bl-użu tat-teknoloġija

Kumpanija tinvesti €1.2m f’espansjoni u makkinarju għal xogħol fil-manifattura bl-użu tat-teknoloġija

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern qed jagħti appoġġ sħiħ lis-settur tan-negozji tal-familji Maltin, li huwa reżiljenti fl-ekonomija Maltija, li anke f’nofs pandemija qed jirnexxilhom iżommu posthom fin-negozju u f’xi każi anke jkomplu bl-investiment għal tkabbir.

Dan kien il-messaġġ tal-Ministru għall-Ekonomija u Industrija Silvio Schembri waqt li kien qed iżur l-investimenti fil-fabbrika tal-għamara lokali Grixti Mobili, li ilha topera f’Malta għal 46 sena.

Il-Ministru Schembri qal kif is-settur tan-negozji tal-familji Maltin hu magħruf għall-kwalità tal-prodott u s-servizz tal-ogħla livell li joffri, sabiex qed jirnexxielu jsaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu, anke ma’ kompetituri internazzjonali.

B’investiment ta’ €1.2 miljun f’perjodu ta’ tliet snin, it-tmexxija tal-kumpanija mmexxija mill-aħwa Grixti, espandiet il-faċilitajiet tagħha, grazzi għall-assistenza offruta għal tkabbir fl-ispazju milll-entita’ tal-Gvern INDIS Malta.

€700,000 minn dan l-investiment, sar f’apparat teknoloġiku modern li wassal lill-kumpanija sabiex tibda topera permezz tal-‘automation’ għal prodott tal-ogħla kwalità, f’inqas ħin u maħdum b’inqas tbatija għall-ħaddiema.

B’hekk qed jirnexxilhom ilaħħqu maż-żieda tad-domanda li qed jesperjenzaw mis-suq lokali, b’mod partikolari f’dawn l-aħħar xhur, fil-qasam ta’ disinji ‘tailor-made’ tal-għamara fid-djar.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here