Home Kullħadd Is-61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards se tippremja s-suċċessi miksuba matul is-sena 2020

Is-61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards se tippremja s-suċċessi miksuba matul is-sena 2020

4
0
SHARE
Advertisement

Fit-13 ta’ Marzu li ġej ser tittella’ il-61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, inizzjattiva mħejjija minn SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima li kien preżenti għat-tnedija sostna li dan l-avveniment jippremja s-suċċessi miksuba matul is-sena li għaddiet filwaqt li jirrikonoxxi dawk l-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet li għamlu ħilithom minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-Covid-19.

Iċ-Chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil faħħar lill-atleti li baqgħu jikkompetu f’sena ta’ pandemija u xorta waħda baqgħu jiksbu riżultati tajbin.

Min-naħa l-oħra, il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport spjega li l-għaqda tat kas is-sitwazzjoni preżenti tal-isport f’pajjiżna u ħasset li hu għaqli li jiġu ppremjati l-aħjar riżultati tas-sena 2020.

L-iskrutinju tan-nominazzjonijiet kollha jsiru mill-kumitat organizzattiv u wara ssir il-votazzjoni bejn il-membri attivi tal-Għaqda Ġurnalisti Sports biex jintgħażlu l-finalisti, li din is-sena se jkunu limitati għal tlieta f’kull kategorija.

Il-kategoriji standard huma dawn t’hawn isfel:

  • Sportiv tas-Sena
  • Sportiva tas-Sena
  • Żagħżugħ tas-Sena
  • Żagħżugħa tas-Sena
  • Kowċ tas-Sena
  • Uffiċjal tas-Sena
  • Team tas-Sena

In-nominazzjonijiet għall-unur tal-People’s Choice Award se jkunu qed jinfetħu fil-jiem li ġejjin.

Din l-edizzjoni partikolari se ssir mil-miżuri kollja ta’ mitigazzjoni tal-Covid-19 u fost oħrajn, l-avveniment se jiftaħ il-bibien għal 90 persuna biss li jinkludi l-finalisti fost oħrajn. Minkejja dan, bħalma ġara dawn l-aħħar snin is-serata ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun qed tixxandar diretta fuq it-televiżjoni u Facebook live.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here