Home Kullħadd In-Nazzjonijiet Maqgħuda ser tinvestiga l-każ tal-Prinċipessa Latifa miżmuma ostaġġ minn missierha

In-Nazzjonijiet Maqgħuda ser tinvestiga l-każ tal-Prinċipessa Latifa miżmuma ostaġġ minn missierha

8
0
SHARE
Advertisement

In-Nazzjonijiet Magħquda qalet li ser tinvestiga l-każ tal-Prinċipessa Latifa, it-tifla tal-mexxej ta’ Dubai, mal-awtoritajiet fl-Emirati Għarab Magħquda.

Il-Prinċipessa Latifa akkużat lil missierha li żammha ostaġġ wara li ppruvat taħrab lura fl-2018.

F’filmati li saru bil-moħbi u ġew mxerrda lill-midja, il-Prinċipessa Latifa qalet li tinsab beżgħana għal ħajjitha. Tant li dawn il-filmati wasslu biex in-Nazzjonijiet Magħquda ddeċidiet tinvestiga dan il-każ wara li jkunu ġew analizzati l-filmati.

L-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u l-Iżvilupp tar-Renju Unit qal li dan huwa każ ta’ tħassib u għalkemm ma kienx involut direttament tenna li ser isegwi mill-qrib l-iżviluppi.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here