Home Kullħadd B’mistoqsija dwar taxxa mhux imħallsa jimbarazza lil Bernard Grech

B’mistoqsija dwar taxxa mhux imħallsa jimbarazza lil Bernard Grech

7
0
SHARE
Advertisement

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco staqsa fil-Parlament dwar kemm hu l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li baqgħet mhux imħallsa għall-2019 u l-2020.

Fis-seduta parlamentari tat-Tlieta filgħaxija, de Marco staqsa dwar it-taxxa mhux imħallsa, bil-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana jwieġeb li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Irkejjen fid-Dar Ċentrali qalulna li din il-mistoqsija ta’ de Marco ma għoġbot xejn lit-tmexxija Nazzjonalista u qalu li mistoqsija bħal din ma kinitx f’lokha li ssir minn kelliem tal-Oppożizzjoni biex jerġa’ jqajjem is-suġġett f’ħalq in-nies, li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel snin ma jħallasx it-taxxa.

Sa sena qabel is-snin imsemmija minn de Marco, Bernard Grech kien qed jiġi investigat minn istituzzjoni ta’ kontra l-frodi fit-taxxa wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet.

Dan skont rapport tat-Times stess li kien qal li Bernard Grech kien investigat u ġie ordnat jħallas sbatax-il elf ewro f’pendenzi ma’ tal-VAT.

Dan il-ħlas f’pendenzi ma’ tal-VAT kien każ separat minn pendenzi oħra li kellu ma’ tat-Taxxa.

Bernard Grech ħallas eluf ta’ ewro fi ħlasijiet f’taxxa pendenti wara li kien wera l-interess li jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech għadu qatt ma qal kif ħallas tnejn u sittin elf ewro f’taxxa u VAT li kellu pendenti għal snin twal.

Li kien qal hu li kien perpless dwar il-ħlasijiet pendenti tat-taxxa.

Grech qal, “Ninsab konxju li numru minnkom tinsabu mħassbin fuq l-istejjer li ħarġu dwari fir-rigward tat-taxxa. Nirrikonoxxi li anki jien imħasseb. Imħasseb u perpless għaliex nammetti illi stajt kont aktar attent billi din is-sitwazzjoni ma tiġrix.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here