Home Kullħadd BIL-FILMAT: Jilmenta għax qed iweġbuh għan-nom ta’ ħaddieħor iżda hu staqsa f’isem...

BIL-FILMAT: Jilmenta għax qed iweġbuh għan-nom ta’ ħaddieħor iżda hu staqsa f’isem ħaddieħor

6
0
SHARE
Advertisement

F’seduta Parlamentari llejla, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qam jargumenta u jilmenta għaliex il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Ablea wieġeb l-mistoqsijiet parlamentari għan-nom ta’ Ministri oħra.

Din hija proċedura parlamentari li ssir skont standing orders tal-Parlament, speċjalment meta l-Ministru ma jkunx preżenti fil-Kamra minħabba impenji oħra.

Għall-argumenti tal-Oppożizzjoni dlonk intervjena l-Membru Parlamentari Laburista Joe Mizzi, fejn saħaq kif dak li qed targumenta l-Oppożizzjoni ma jagħmilx sens hekk kif Robert Cutajar stess kien qed isaqsi mistoqsija parlamentari għan-nom tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li dak il-ħin lanqas kien fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield spjega li dak il-ħin il-Ministri kkonċernati kienu għadhom għaddejjin b’ħidma tal-Gvern u fil-fatt daħlu fil-Kamra ftit wara

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here