F’pajjiżna bħalissa qed jinħadem it-tielet staġun ta’ Das Boot, li mistenni jħalli €7 miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna.
Din il-produzzjoni ta’ 121 jum se tara aktar minn 800 attur u membri oħra tal-produzzjoni.
Dan tħabbar f’Forti Rinella mill-Kummisarju tal-Films Johann Grech, propju fl-istess waqt li diversi atturi internazzjonali kienu qegħdin jaħdmu xi xeni.
Das Boot ħadem l-istaġuni l-oħra f’pajjiżna wkoll, fejn fl-2018 u fl-2019 ħalla fl-ekonomija ta’ pajjiżna aktar minn €6 miljun b’aktar minn 600 ħaddiem u attur.
Il-produttur eżekuttiv Moritz Polter kellu biss kliem ta’ tifħir għal pajjiżna, fejn saħaq kif f’Malta sab nies lesti biex jaħdmu u anke postijiet storiċi mill-isbaħ fosthom l-Imdina.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega kif fi żmien ta’ pandenija pajjiżna xorta waħda attira produzzjonijiet kbar bħal dawn, fejn fl-istess ħin ħoloq ukoll numru konsiderevoli ta’ xogħlijiet.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd