Home Newsbook Ħruġ ġdid bi rkant ta’ Stokk tal-Gvern b’rata ta’ mgħax fissa

Ħruġ ġdid bi rkant ta’ Stokk tal-Gvern b’rata ta’ mgħax fissa

8
0
SHARE
Advertisement

L-Accountant General ħabbar il-ħruġ ta’ €180,000,000 Stokk tal-Gvern ta’ Malta.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-istokk se jkun suġġett għad-dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €120,000,000 maqsum b’0.40% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2027 (IV); u 1.00% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2035 (II); u 1.40% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2046 (I); jew f’ammonti mit-tliet Stokks b’valur nominali flimkien ta’ €180,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti bi rkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda se jiftħu l-Erbgħa 24 ta’ Frar 2021 fit-8.30am u jagħlqu f’nofsinhar tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-Accountant General ħabbar li l-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210 jew jintefgħu fil-kaxxa tal-offerti tat-Teżor, fil-Furjana. 

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stokk jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti bi rkant. 

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor. 

L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta t-23 ta’ Frar 2021 li tkun tikkonsisti minn spread indikattiva fuq ir-rati tal-ewro mid-swap relevanti li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kundizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.40% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2027 (IV), tal-1.00% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2035 (II) u tal-1.40% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2046 (I).

Aktar tagħrif dwar dawn l-iStocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stokks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt. 

The post Ħruġ ġdid bi rkant ta’ Stokk tal-Gvern b’rata ta’ mgħax fissa appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here