Home Kullħadd It-torri tal-arloġġ tal-Imtarfa jieħu l-ħajja b’fondi Ewropej

It-torri tal-arloġġ tal-Imtarfa jieħu l-ħajja b’fondi Ewropej

7
0
SHARE
Advertisement

B’investiment ta’ disa’ mija u ħamsin elf ewro, fejn nofshom ġejjin mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, it-torri tal-Arloġġ fl-Imtarfa qed jingħata l-ħajja permezz ta’ bini ta’ ċentru  ta’ Interpretazzjoni faċċata tat-torri.

Dan kien possibbli anki bil-għajnuna li ta l-MEUSAC fil-kisba tal-fondi Ewropej.

It-torri ġie restawrat ukoll fejn inbidel id-dawl, tnaddfet il-ġebla, ġie kalibrat il-mekkaniżmu tal-arloġġ u tranġa t-taraġ kemm ta’ barra kif ukoll ta’ dak li jwassal għall-bejt.

Fi żjara fl-Imtarfa, il-Ministru Carmelo Abela rrimarka li s-sena li għaddiet 21 kunsill lokali kienu mgħejjuna mill-MEUSAC biex jissottomettu l-applikazzjoni għal finanzjament minn fondi Ewropej.

Il-Ministru Abela stqarr: “U allura tajjeb li nappella li jkun hemm aktar Kunsilli Lokali fil-fatt is-sena li għaddiet kien hemm biss wieħed u għoxrin Kunsill Lokali li bbenifika mill-għajnuna li tat l-aġenzija MEUSAC biex ikunu jistgħu jibbenifikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi qal li t-Torri tal-Arloġġ se jkun qed jattira turisti ta’ kwalità li jżuruh għall-istorja militari rikka li għandu.

Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi qal, “Dan huwa mezz ieħor ta’ kif nużaw Fondi Ewropej biex nieħu ħsieb dan il-wirt storiku li hawn f’din il-lokalità kif ukoll naraw li nagħmlu investiment f’lokalitajiet bil-għan illi nieħu ħsieb dak li ħallewlna missirijietna.”

Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Imtarfa, Daniel Attard qal li dan il-proġett huwa xempju ta’ kunsill lokali li jsegwi l-ambizzjonijiet, u mhux il-limitazzjonijiet tiegħu.

Huwa sostna: “L-għan tagħna fl-aħħar mill-aħħar hu mhux biss illi nippriservaw l-istorja iżda li nirriġeneraw l-ekonomija lokali.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here