Home Newsbook Dan l-attur illum jagħlaq 50 sena. Għaraftu?

Dan l-attur illum jagħlaq 50 sena. Għaraftu?

8
0
SHARE
Advertisement

Ġurnata speċjali għall-attur Dorian Micallef li llum qed jiċċelebra għeluq il-50 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-20 ta’ Jannar tal-1971.

Lil Dorian narawh f’bosta produzzjonijiet televiżivi u bħalissa qed jidher fis-sensiela Division 7 li proprju mil-lejla se tkun qed tirritorna fuq l-istazzjon One għall-aħħar 12-il puntata.

Minbarra f’din is-sensiela Dorian ħa sehem ukoll f’bosta sensiliet fosthom Rubini, Marċellino, Marvin, Rubini, D.R.E.A.M.S, Maskra, Tfesfisa, Rifless, Game Over u Il-Patt. Ħadem ukoll fil-films Maltin Għax Jien Inħobbok u Destin.

Dorian huwa miżżewweġ lil Frida u għandhom żewġt ulied, Glenn u Kieran.

Dorian Micallef

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.

The post Dan l-attur illum jagħlaq 50 sena. Għaraftu? appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here