Home Kullħadd Titnieda s-17-il edizzjoni tal-Piggy Bank li mpinġija mit-tfal stess

Titnieda s-17-il edizzjoni tal-Piggy Bank li mpinġija mit-tfal stess

24
0
SHARE
Advertisement

Il-ġimgħa filgħodu fil-Palazz ta’ Sant’Anton tnediet is-17-il edizzjoni tal-kampanja BOV Piggy Bank b’risq l-Istrina.

Kampanja li mhux biss għandha l-għan li jinġabru l-flus għall-Malta Community Chest Fund, iżda għandha wkoll l-għan li tiżra’ is-sens ta’ solidarjetà u altruiżmu fost it-tfal.

Din is-sena l-karus tradizzjonali tal-Istrina se jkun magħmul mill-kartun u se jkollu stampati fuqu tpenġijiet magħmulin mit-tfal tal-iskola. Fejn madwar 91 tifel u tifla ħadu sehem f’kompetizzjoni tat-tpinġija għal din il-kampanja u ntgħażlu 3 tpenġijiet għall-Piggy Banks.

L-għan ta’ dawn il-piggy banks huwa sabiex iħeġġu li t-tfal ifaddlu l-flus fil-karus sabiex bil-flus miġbura tkun tista’ tingħata għajnuna lil min hu fil-bżonn u jirrikorri għas-sostenn tal-Malta Community Chest Fund Foundation.

Dr George Vella flimkien mas-Sinjura Miriam Vella appellaw biex inkomplu nsostnu l-valur tas-solidarjetà u nkunu ta’ spalla ma’ kull min jiġi bżonn.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta ddeskrieva l-kampanja bħala eżempju perfett ta’ kif il-ħafna jingħaqdu biex jgħinu il-ftit.

Flus li jgħinu l-kwalità tal-ħajja tan-nies waqt sitwazzjonijiet ta’ mard.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here