Home Kullħadd Sentenza sospiża wara li aggredixxew raġel li kiser il-kundizzjonijiet

Sentenza sospiża wara li aggredixxew raġel li kiser il-kundizzjonijiet

25
0
SHARE
Advertisement

Michael Pace u Daniel Pace, aħwa ta’ 36 sena u 28 sena rispettivament u seħibhom Adrian Tonna ta’ 28 sena ingħataw sentenza sospiża wara li ħadu l-liġi b’idejhom u aggredixxew raġel ieħor talli kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.

Huwa mifhmum li huma aggredixxew lil David Micallef  talli kiser kundizzjonijiet imposti fuqu rigward il-ħin li suppost ikun id-dar.

Fil-każ, Micallef tilef żewġ sinniet.

L-inċident kien riżultat ta’ battibekk bejn l-familja Pace u Micallef.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here