Home Kullħadd “Qisu kull jum bħallikieku huwa l-ewwel jum tal-iskola” – Frank Fabri

“Qisu kull jum bħallikieku huwa l-ewwel jum tal-iskola” – Frank Fabri

14
0
SHARE
Advertisement

“Qisu kull jum bħallikieku huwa l-ewwel jum tal-iskola.” Hekk sostna s-Segretarju Permanenti, Dr. Frank Fabri f’ittra li kiteb proprju fil-bidu tat-tieni xahar ta’ din is-sena skolastika.

Fl-ittra kiteb kif hu importanti li f’kull jum ta’ skola, jiġu osservati l-miżuri mill-komunità skolastika fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji. Dan sabiex it-tfal u l-istudenti jkunu jistgħu jibqgħu jiksbu l-edukazzjoni u t-tagħlim tagħhom fl-iskejjel.

Spjega kif f’dawn il-mumenti partikolari, waqt li bħal kulħadd jifhem li avvenimenti festivi jħajru lil dak li jkun biex jorganizza attivitajiet li jġibu persuni flimkien, qal li jappella biex kull wieħed u waħda minna nibqgħu nosservaw kull miżura li ppjanajna u wettaqna f’kull skola primarja, medja u sekondarja.

Qal kif dan mument li jitlob attenzjoni kontinwa għal dak kollu li nagħmlu u kif nagħmluh fejn sostna kif għadna f’mument fejn irridu bħala komunità skolastika għandna nibqgħu nieħdu ħsieb lil xulxin.

Dr. Fabri qal kif importanti li nibqgħu nsegwu bir-reqqa l-miżuri sabiex b’hekk nibqgħu għaddejjin bil-ħidma anke wara kull mument festiv.

Hu rringrazzja wkoll f’isem il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għall-attenzjoni li qed tingħata dwar l-osservanza tal-miżuri mill-komunita’ skolastika fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here