Home Kullħadd Mira biex Malta tkun ħielsa mill-karbonju sal-2050

Mira biex Malta tkun ħielsa mill-karbonju sal-2050

12
0
SHARE
Advertisement

Pajjiżna huwa msejjes fuq viżjoni ambjentali li sal-elfejn u ħamsin, pajjiżna se jkun ħieles mill-karbonju. Dan intqal mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma Michael Farrugia waqt l-estimi tal-budget imħabbar għas-sena d-dieħla.

Għall-kritika tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li qalet li kontijiet tad-dawl u l-ilma huma għolja, il-Ministru Farrugia wieġeb hekk.

Qal kif, “Tiftakru meta vvutajtu bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet. Kultant mill-oppożizzjoni tgħid li trid, li ma jgħidux l-Oppożizzjoni huma illi t-tariffi tad-dawl huma r-raba’ l-orħos fost il-membri stati, m’għedtuhiex. Li ma jgħidux huwa illi t-tariffi tad-dawl huma t-tieni l-orħos fiż-żona Ewro.”

Id-Deputat Laburista Miriam Dalli laqgħet il-fatt kif is-sena d-dieħla se jitkomplew skemi ta’ djar privati li jinvestu f’enerġija rinovabbli.

Qalet li, “L-installazzjoni ta’ iżjed charging pillars fil-gżejjer tagħna għandha tkun ta’ prijoritá u għalhekk li għalija huwa pożittiv li l-Gvern matul is-sena d-dieħla qed jestendi n-numru ta’ charging pillars. B’130 charging pillar madwar Malta u Għawdex qed noffru inċentiv ta’ veru għal min irid idaħħal karozza elettrika u sal-lum għad għandu t-tħassib ta’ fejn se jiċċarġja.”

Id-Deputat Laburista Joe Mizzi qal kif taħt gvern Laburista fil-qasam tal-ilma sar ħafna tibdil fl-impjanti tad-drenaġġ, fosthom fl-impjant ta’ Barkat u f’dak ta’ Għawdex.

Qal li, “In-nies ta’ dawk l-akkwati ma setgħux jistaportu l-irwejjaħ. aħna rajna u attakkajna x’inhi l-problema u nvestejna ħafna. Filfatt l-ewwel problema li kien hemm kienet qed tiġi bl-iskart tal-annimali u rajna li kien hemm problema fl-impjant ġewwa Għawdex ukoll u rajna biex insolvu l-problema ta’ għawdex, ħalli minn hemmhekk jekk ikun suċċess, kif kienet suċċess, imbagħad nagħmlu l-istess fl-impjant ta’ Barkat.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here