Home Kullħadd Il-PM jilqa’ lill-Kardinal elett Mons. Mario Grech mal-wasla tiegħu minn Ruma

Il-PM jilqa’ lill-Kardinal elett Mons. Mario Grech mal-wasla tiegħu minn Ruma

33
0
SHARE
Advertisement

Dalgħodu fl-Ajruport  Internazzjonali ta’ Malta wasal il-Kardinal elett l-Isqof Mario Grech minn Ruma.

Għal din il-wasla preżenti l-ajruport kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, kif ukoll l-Arcisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof ta’ Ghawdex Anton Teuma u l-Isqof Awziljarju Joseph Galea-Curmi.

Il-Prim Ministru qal kif kellu laqgħa sabiħa ma’ Mons. Grech, hekk kif l-aħbar tan-nomina tiegħu ntlaqgħet b’ferħ mill-Għawdxin u Maltin kollha.

Spjega kif f’isem il-poplu kollu awgura għal din il-vokazzjoni missjunarja ġdida li għandu quddiemu.

Qal kif l-impenn u l-ħidma li wettaq bħala saċerdot u isqof għall-komunità f’pajjiżna u issa wkoll fl-irwol ta’ Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, se jkompli jwettaqha b’imħabba lejn il-proxmu kollu tiegħu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here