Home Kullħadd Għar-raba’ xahar konsekuttiv il-Eurostat ipoġġi lil Malta bl-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona...

Għar-raba’ xahar konsekuttiv il-Eurostat ipoġġi lil Malta bl-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro

37
0
SHARE
Advertisement

F’Settembru pajjiżna reġa’ kellu l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro.

Dan skont statistika uffiċjali maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.

Għar-raba’ xahar konsekuttiv Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad fost id-dsatax-il stat membru fiż-Żona Ewro.

F’Settembru r-rata ta’ qgħad f’pajjiżna kienet ta’ 4.2%.

Dan ifisser tnaqqis ta’ 0.2% inqas mix-xahar ta’ qabel.

Fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kienu biss ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja li qabżu lil Malta fl-inqas rata ta’ qgħad.

Il-medja fiż-Żona Ewro tal-qgħad kienet ta’ 8.9% li jfisser iżjed mid-doppju mir-rata ta’ Malta.

L-ogħla rata ta’ qgħad kienet irreġistrata fi Spanja bi 18.7%, li jfisser iktar minn erba’ darbiet aktar mir-rata ta’ Malta.

Wara Spanja, l-ogħla rata ta’ qgħad f’Malta kienet irreġistrata fl-Italja, b’10.8%.

Jirriżulta li fuq medda ta’ erba’ xhur, f’nofs pandemija, il-qgħad f’Malta naqas b’aktar minn elf persuna.

Intant fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal kif dan jikkonferma li f’Settembru Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona Ewro għar-raba’ xahar konsekuttiv.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here