Home Kullħadd 8,000 ħaddiem jagħmlu kors sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom fis-settur turistiku

8,000 ħaddiem jagħmlu kors sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom fis-settur turistiku

32
0
SHARE
Advertisement

Waqt il-pandemija, tmien t’elef ħaddiem fis-settur turistiku ħatfu l-opportunità minħabba n-nuqqas ta’ xogħol li kien hawn u bla ħlas għamlu kors sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom f’dan is-settur.
Dar sar b’investiment ta’ ħamsa punt sitt miljun ewro, fejn tlieta u tletin entità, offrew għażla ta’ aktar minn elf kors.

Dan intqal mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-budget f’dan is-settur, fejn saħqet kif dan il-kors qed iħejji l-ħaddiema fis-settur turistiku għal futur.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet kif il-budget ippreżentat għas-sena d-dieħla se jkun wieħed rekord, b’allokazzjoni ta’ ħamsa u disgħin miljun ewro, għaxar miljun aktar mill-budget ta’ sena l-oħra.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet kif is-sena d-dieħla se jkun qed jibda process sabiex tibda ssir proġetti ta’ tisbiħ f’Buġibba, fil-Birgu, f’Wied il-Għajn u Wied iż-Żurrieq.

Barra minn hekk b’investiment ta’ ħamsin miljun ewro se jerġu jingħataw il-vouchers li qed jgħinu lil dan is-settur, bi tletin miljun ewro se jkunu qed jgħinu s-settur turistiku.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Promozzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista qal kif se jitkompla x-xogħol ta’ tindif li sar din is-sena, flimkien ma’ apparat li jnaddaf il-graffiti.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here