Home Kullħadd Valangi jħallu minn tal-inqas 15-il persuna mejta fil-Vjetnam

Valangi jħallu minn tal-inqas 15-il persuna mejta fil-Vjetnam

16
0
SHARE
Advertisement

Minn tal-inqas 15-il persuna jinsabu mejta kważa ta’ valangi kkawżati minn tifun fil-Vjetnam.

Suldati qed ifittxu persuni oħra li huma maħsuba maqbuda fil-ħerba li ħalla warajh it-tifun, li huwa kkunsidrat fost l-agħar maltemp li laqat il-pajjiż f’għexieren ta’ snin.

Intant, żewġ bastimenti tal-ammiraljat qed jintużaw għat-tfittxija ta’ 14-il persuna li għadhom irrapportati nieqsa fuq il-baħar. Dan wara li jumejn ilu nstabu 12-il katavru ta’ sajjieda li huma maħsuba li mietu meta għerqu d-dgħajjes li kienu fuqhom.

In-numru ta’ fatalitajiet huwa mistenni li jitla’ hekk kif ikomplu t-tfittxijiet.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here