Home Kullħadd Se jinbena moll ġdid twil 360 metru fiż-żona ta’ Ras il-Ħanżir

Se jinbena moll ġdid twil 360 metru fiż-żona ta’ Ras il-Ħanżir

12
0
SHARE
Advertisement

B’investiment ta’ €65 miljun li parti minnhom huwa Fondi Ewropej se jkun qed jinbena moll ġdid. Dan il-moll ġdid ta’ 360 metru se jiffaċilità l-immaniġġjar fiż-żona ta’ Ras il-Ħanżir fl-inħawi ta’ Kordin.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru Borg qal kif dan il-proġett huwa bżonnjuż, hekk kif permezz ta’ dan il-moll il-ġdid se tkun qed tiżdied il-kapaċità ta’ dan il-port li storikament u ekonomikament dejjem kien importanti għal pajjiżna. Dan il-proġett se jkun qed jikkumplimenta l-mollijiet li hemm f’dan il-port.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi qal kif dan il-proġett importanti għall-infrastruttura marritima huwa parti mill-proġett tal-Unjoni Ewropea tat-Ten-T Network sabiex tgħaqqad aktar flimkien il-pajjiżi Ewropej. Qal kif €23.9 miljun minn dan il-proġett ġejjin minn Fondi Ewropej.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here