Home Kullħadd Ma jinstabx ħati ta’ serqa minħabba problemi ta’ saħħa mentali

Ma jinstabx ħati ta’ serqa minħabba problemi ta’ saħħa mentali

18
0
SHARE
Advertisement

Mahad Mohamed Abdiqani, Somalu ta’ 25 sena  ma nstabx ħati ta’ serqa minn ħanut jew li beżża’ żewġ nisa li tista’ tintuża vjolenza kontrihom.  Dan minħabba li meta wettaq ir-reat kien qed ibati minn problemi ta’ saħħa mentali.

F’Ottubru ta’ sentejn ilu huwa pprova jisraq minn ħanut fil-Ħamrun waqt li kien fil-perjodu ta’ sentenza sospiża.

Il-psikjatra rat li l-istat mentali tal-akkużat tjieb wara tliet xhur u llum huwa f’qagħda stabbli.  Stqarret li huwa ma jifhimx il-bżonn li jieħu l-mediċina li kienet tingħatalu fil-ħabs u għalhekk ma baqax joħodha meta ħareġ.

Filwaqt li l-Qorti rat li huwa ma jistax jinżamm ħati tar-reati minħabba n-nuqqas ta’ kapaċita intelletwali li jifhem x’qed jagħmel,  hija ordnat li jinżamm fl-isptar Monte Karmeli sakemm tliet speċjalisti jiddeċiedu li huwa f’pożizzjoni li jkun meħlus.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here