Home Kullħadd Jitħabbru 2 rotot ġodda waqt it-tnedija tal-iskeda Xitwija tal-Air Malta

Jitħabbru 2 rotot ġodda waqt it-tnedija tal-iskeda Xitwija tal-Air Malta

13
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri flimkien maċ-Chairman tal-Air Malta, Dr. Charles Mangion nedew l-iskeda tat-titjiriet tal-linja nazzjonali ta’ Malta għax-Xitwa.

F’din il-konferenza ġew imħabbra 21 destinazzjoni madwar l-Ewropa, li jinkludu rotta ġdida għal Madrid u oħra ġdida għal Hamburg u se jkollha 156 titjira fil-ġimgħa. Din l-iskema se ġġib magħha wkoll x-xogħol garantit lill-ħaddiema tal-Air Malta, li kienu jinsabu f’inċertezza kbir dwar il-futur tal-karrieri tagħhom.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal kif dawn l-aħħar xhur kienu xhur koroh għal kull linja tal-ajru madwar id-dinja, iżda l-linja nazzjonali Maltija wriet reżiljenza qawwija. Apparti minn hekk, il-pandemija uriet biċ-ċar l-importanza ta’ linja internazzjonali tal-ajru, li kienet kruċjali għall-importazzjoni tal-vaċċin tal-influwenza u apparat mediku fost l-oħrajn.

Min-naħa tiegħu iċ-Chairman tal-Air Malta, Dr. Charles Mangion irrimarka kif waqt li linji tal-ajru oħra naqsu l-operazzjonijiet tagħhom, il-linja nazzjonali fetħet rotti ġodda sabiex timla’ l-vojt tal-linji ikbar. Żied jgħid li minkejja l-isfidi, l-Air Malta tinsab kunfidenti u preparata għaż-żmien ġejjieni.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here