Home Kullħadd Ir-rilokazzjoni waħidha mhux is-soluzzjoni għall-immigrazzjoni

Ir-rilokazzjoni waħidha mhux is-soluzzjoni għall-immigrazzjoni

10
0
SHARE
Advertisement

Ir-rilokazzjoni tal-immigranti mhiex is-soluzzjoni kollha fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo fil-Parlament meta ġew diskussi l-estimi finanzjari b’rabta mal-Budget għal dan il-Ministeru.

Qal kif l-Unjoni Ewropea mxiet pass ‘il quddiem bil-Patt il-Ġdid dwar l-Immigrazzjoni li tħabbbar mill-Kummissjoni Ewropea, iżda qal li dan mhux biżżejjed.

Tenna li l-ħidma mill-Unjoni Ewropea trid tkun sabiex ikunu mgħejjuna l-pajjiżi Afrikani.

Il-Ministru Evarist Bartolo stqarr, “Irridu nkomplu naħdmu biex u nagħmluha ċara, jiġifieri meta aħna ngħidu li issa qegħdinn fl-Unjoni Ewropea, anke fl-Unjoni Ewropea mhux sempliċiment ninġabbur mal-kurrent, mhux sempliċiment dak li jsir, benfatt. Kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea jfittex l-interessi u l-ġid tiegħu u aħna hekk irridu nagħmlu. Infittxu l-interessi u l-ġid tagħna.”

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal kif matul din is-sena, pajjiżna ġab l-aħjar pakkett possibli ta’ Fondi Ewropej, id-doppju ta’ dak li ġab Gvern Nazzjonalista fl-elfejn u tnax.

Qal kif bħalissa għaddejja ħidma sabiex jinqasmu l-fondi.

Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi sostna, “Pero issa għandna sfida ġdida importanti kif aħna se nkunu qegħin nonfqu l-flus illi ksibna.”

Matul id-diskors tiegħu, is-Segretarju Zrinzo Azzopardi semma kif il-Fondi Ewropej jintużaw sabiex jgħinu liż-żgħażagħ u lill-familji.

Qal ukoll li dawn il-fondi qed jgħinu wkoll sabiex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema, f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Semma’ wkoll kif pajjiżna huwa preparat għal kull xenarju possibli f’dak li jista’ jiġri fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here