Home Kullħadd Il-PM jieħu sehem f’laqgħa virtwali tal-Kunsill Ewropew b’rabta mal-pandemija

Il-PM jieħu sehem f’laqgħa virtwali tal-Kunsill Ewropew b’rabta mal-pandemija

11
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru flimkien mal-mexxejja Ewropej bħalissa qed jiddiskutu l-pandemija u l-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni u kordinament bejn l-istati membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

F’din il-laqgħa virtwali tal-Kunsill Ewropew mistennija jitqanqlu diversi diskussjonijiet b’rabta ma’ rapid testing u kif dawn għandhom jibdew jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha.

Dan filwaqt li mistennija jiddiskutu wkoll il-vaċċin għall-Covid-19 u l-importanza li jiġu indirizzati loġistiċi biex dan l-istess vaċċin jitqassam.

Apparti minn hekk il-mexxejja se jiddiskutu l-assistenza li hemm bżonn tingħata lil dawk il-pajjiżi membri li s-sistema tas-saħħa mhux qiegħda tlaħħaq mal-każijiet li qed jitfaċċaw.

Intant, il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-mexxejja l-oħra mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea ħarġu stqarrija dwar l-attakk terroristiku li sar f’Nizza l-Ħamis filgħodu. Intqal li huma xxukkjati b’dak li ġara u appellaw sabiex il-mexxejja madwar id-dinja jaħdmu permezz tad-djalogu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here