Home Kullħadd Il-Protezzjoni Ċivili b’avviż għar-residenti ta’ Raħal il-Ġdid, Fgura, Ħal Tarxien u Santa...

Il-Protezzjoni Ċivili b’avviż għar-residenti ta’ Raħal il-Ġdid, Fgura, Ħal Tarxien u Santa Luċija

16
0
SHARE
Advertisement

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża lir-residenti ta’ Raħal il-Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien u Santa Luċija biex għalissa jżommu t-twieqi tar-residenzi tagħhom magħluqin sakemm jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu lill-istabbiliment tal-Wasteserv fil-Marsa. Dan għaliex id-dħaħen huma meqjusa tossiċi.

Fi stqarrija maħruġa mill-Protezzjoni Ċivili ntqal li ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa għaddejjin b’ħidma biex jitfu n-nirien kif ukoll qed jevakwaw residenti minn djar qrib l-inħawi.

Il-pubbliku huwa mitlub biex jikkopera f’din il-ħidma.

Aqra wkoll:

BIL-FILMAT: Nirien kbar fl-impjant tal-Wasteserv fil-Marsa

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here