Home Kullħadd BIL-FILMAT: Nirien kbar fl-impjant tal-Wasteserv fil-Marsa

BIL-FILMAT: Nirien kbar fl-impjant tal-Wasteserv fil-Marsa

13
0
SHARE
Advertisement

Kmieni t-Tlieta filgħodu nirien kbar żviluppaw fl-impjant tal-Wasteserv fil-Marsa. Immedjatament fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li bdew bil-ħidma tagħhom biex jitfu n-nirien.

Minn informazzjoni li waslitilna minn fuq il-post jidher li minħabba l-kobor tan-nirien mal-ħin waslu aktar vetturi tat-tifi tan-nar kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili kienu kostretti jevakwaw in-nies viċin minħabba periklu kawża tan-nirien iżda ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dawn in-nirien.

Il-WasteServ qalet li n-nirien jidher illi żviluppaw f’bitħa fejn kien qed jinżamm xi materjal. Il-ħaddiema kollha ġew evakwati u huma siguri.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here