Home Kullħadd “Il-Kapijiet jinbidlu, l-Oppożizzjoni le” – il-PL

“Il-Kapijiet jinbidlu, l-Oppożizzjoni le” – il-PL

16
0
SHARE
Advertisement

Id-diskors ta’ Bernard Grech illejla kien konferma oħra ta’ minkejja l-bidla fil-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni baqgħet l-istess: imdejjqa b’pajjiżna u mingħajr ideat. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.

L-istqarrija tgħid li għal iktar minn sagħtejn kien ċar li Bernard Grech kien qed jaqra script li ħejjilu minn poġġih hemm. Kien għalhekk li l-ispirtu kien l-istess bħar-repliki tal-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil.

Il-PL qal li kellu diskors negattiv li uża s-saħħa għal logħba partiġjana tiegħu fejn Bernard Grech spiċċa jbeżża’ bid-defiċit. Biex ħareġ ċar kif id-diskors kitbuh l-istess nies li mexxew fl-2009 meta f’riċessjoni għażlu l-awsterità.

Spjega li biex f’dan il-mument ma jżidx id-defiċit, Bernard Grech liema kien inaqqas mill-inizjattivi li ħabbar il-gvern? X’kien ineħħi miż-żieda fil-pensjonijiet, il-vouchers, il-wage supplement u ż-żieda fiċ-childrens allowance fost oħrajn?

L-istqarrija temmet tgħid li Bernard Grech qalilna li fl-2013 konna aħjar. Jekk kien qed jitkellem għall-Partit Nazzjonalista forsi kellu raġun, għax bih mill-ħażin marru għall-agħar. Dwar kif kien pajjiżna jweġbuh il-Maltin u l-Għawdxin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here